San Paolo 2017 bi pjaċir tħabbar il-ftehim ta’ kollaborazzjoni mat-tim malti ta’ Hamrun Spartans


San Paolo 2017 bi pjaċir tħabbar il-ftehim ta’ kollaborazzjoni mat-tim malti ta’ Hamrun Spartans
ASD San Paolo 2017 bi pjaċir tħabbar il-ftehim ta’ kollaborazzjoni mat-tim malti ta’ Hamrun Spartans Football Club. Is-soċjeta’ sportiva ASD San Paolo 2017 bi pjaċir tħabbar it-twaqqif ta’ ftehim ta’ sħubija u kollaborazzjoni mat-tim malti ta’ Hamrun Spartans Football Club. Permezz ta’ dan il-ftehim is-San Paolo ser issir punt ta’ riferiment fi Sqallija għat-tim prestiġuż malti kif ukoll il-President Nunio Antignani flimkien mal-istaff tiegħu se jkun spiss ġewwa Solarino biex jara u jsegwi mill-qrib kemm plejers kif ukoll il-progress tal-klabb sqalli f’materja ta’ tmexxija tat-tim kif ukoll ta l-istess klabb Fuq l-istess linji l-President Giuseppe Germano flimkien ma’ l-istaff tekniku tiegħu se jżur Malta diversi drabi biex jassisti għal training camps ta’ aġġornament. Is-San Paolo se jkollha l-unur li tagħmel xogħol ta’ scounting billi tindika lid-diriġenti maltin, pleyers bi prospettiva. Barra minn hekk is-settur taż-żagħżagħ u l-iskola tal-futbol se tkun sorveljati mill-istaff tat-tim Malti, biex jgħinu liż-żagħżagħ fil-maturazzjoni tagħhom kemm sportiva kif ukoll edukattiva. Għal dan il-għan ser isiru skambji kulturali bejn żagħżagħ taż-żewġ timijiet bl-iskop li tinħoloq academy, fejn matul il-ġurnata l-parteċipanti jistudjaw il-lingwi, taljan/Ingliż u training wara nofs-in-nhar biex jgħattu lil ġenerazzjonijiet il-ġodda esperjenzi importanti ta’ stil ta’ ħajja kemm sportiva kif ukoll edukattiva għal futur. Is-soċjeta’ ASD San Paolo, tirringrazzja lil Dott. Nunzio Artignani għal kollaborazzjoni u ħbiberija prezzjuża tiegħu. Id-diriġenti kollha huma kburin li se jagħmlu parti minn dan il-proġett ambizzjuż.

LEGGI ANCHE

Gelbison, colpo in prospettiva: ufficiale l’ingaggio dell’attaccante Pietro Boglione

La Gelbison prosegue nel proprio piano di rafforzamento dell'organico e comunica di aver raggiunto l'accordo con l'attaccante Pietro Boglione. Classe 2008, cresciuto nel settore giovanile...

Juve Stabia esordio in casa contro il Pisa ma il precedente non sorride

La Juve Stabia 2026 farà il suo esordio in casa contro il Pisa di Paolo Bianco alla terza giornata di campionato. Abbiamo un precedente...
spot_img
Castellammare di Stabia (NA)
081 874 42 06 - 347 132 66 64
spot_img

ULTIME NOTIZIE

PUBBLICITA