Samuele Romeo wara esperjenza fil-Lega Pro iffirma kuntratt sabiex dan l-istaġun jilgħab mal-Ħamrun Spartans fil-Premiership malti.
Samuele Romeo f’dawn l-aħħar jiem iffirma kuntratt sabiex dan l-istaġun jilgħab mal-Ħamrun Spartans fl-għola diviżjoni tal-football malti, il-Premiership. Għad-difensur minn Palermo li għandu 29 sena din se tkun l-ewwel esperjenza tiegħu barra l-Italja.
Romeo li jilgħab kemm bħala difensur ċentrali kif ukoll fuq il-linja, twieled nhar is-6 ta’ Marzu 1989 ġewwa Palermo beda l-karriera tiegħu mal-youths ta’ belt twelidu. Mar-rosanero f’żewġ okkazzjonijiet kien fuq il-bank tas-sostituti meta t-tim tal-President Zamparini kien fis-Serie A. Fl-istaġun 2009/10 ġie misluf lil Lumezzane u l-istaġun ta’ wara ma’ l-Alessandria fejn lagħab 29 logħba fil-Lega Pro. Fl-istaġun 2011/12 inaqqad mat-tim ta’ Sorrento fejn ġie nnotat u akkwistat mill-Empoli. Mat-tim mit-toscana lagħab 17 il-darba bejn Serie B u Serie A fl-istaġuni 2012/14.
Wara l-Empoli, Romeo ngħaqqad mal-Juve Stabia fejn lagħab 52 darba u skurja żewġ goals għal-Vespe ta’ Castellammare. Fl-istaġun 2016/17 issieħeb mal-Mantova u l-istaġun 2017/18 bdieħ mal-Melfi u spiċċaħ mal-Latina. Samuele Romeo kien mgħajjat u lagħab man-nazjonal U-18 fis-sena 2007. Minkejja lit-tim ta’ qalbu hu l-Palermo, Samuele għandu rabta speċjali mal-belt ta’ Castellammare di Stabia.
Magazine Pragma tawgura lil Samuele kull suċċess fl-esperjenza ġdida tiegħu.